Wednesday, March 27, 2024

Kampjonat Spanjol: Real Madrid inaqqsu d-distakk fil-quċċata

Aqra wkoll

Fl-unika logħba minn La Liga li saret nhar il-Ħamis filgħaxija, Real Madid għelbu lil Valencia 2-0 biż-żewġ goals jaslu fi spazju ta’ tliet minuti fil-bidu tat-tieni taqsima.

Kien Marco Asensio li fetaħ l-iskor fit-52 minuta waqt li Vinicius Junior irdoppja fil-55 minuta, b’Valencia jsibuba diffiċli biex jidħlu fil-logħba meta fit-72 minuta tkeċċielhom Gabriel Paulista b’karta ħamra diretta.

Meta kull tram lagħab 19-il logħba, il-Madrileni jinsabu fit-tieni post, ħames punti wara Barcelona u sitt punti iktar mit-team ta’ warajhom, Real Sociedad.

Ekonomija

Sport