Friday, December 13, 2024

Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker: Higgins u Bingham fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

John Higgins għadu fit-triq għall-ewwel tit­lu fil-Crucible Theatre fi 11-il sena, wara li għeleb lil Noppon Saengkham tat-Tajlandja bl-iskor komdu ta’ 13-7 fl-Aħħar 16 tal-Kampjonat tad-Dinja li qed isir f’Sheffield. Anke Stuart Bingham ikkwalifika b’rebħa komda ta’ 13-9 fuq Kyren Wilson.

L-aktar wieħed riċenti mill-ħamsa tiegħu kien fl-2011, meta għeleb lil Judd Trump 18-15 u wara huwa wasal sa tliet finali oħra, fl-2017, 2018 u 2019.

Din hija s-16-il kwarti-finali tiegħu fil-Crucible, li tissupera lil Steve Davis u Jimmy White, li t-tnejn għamlu l-aħħar tmienja 15-il darba. Issa Ronnie O’Sullivan (20) u Stephen Hendry (19) biss laħqu aktar kwarti-finali fl-avveniment spettaklu tas-snooker.

Higgins għalaq l-ewwel sessjoni fi draw ta’ 4-4 fejn għamel breaks ta’ 59, 82 u 90. Fis-sessjoni ta’ wara nofsinhar huwa mar 11-5 fil-vantaġġ meta rebaħha 7-1 fejn hawnhekk ipproduċa erba’ breaks ta’ 125, 60, 69 u 100 biex kien fil-kontroll assolut tal-konfront.

Imbagħad fit-tielet u l-aħħar sessjoni kien Higgins li beda bi break ta’ 62 biex wasal frame bogħod mir-rebħa iżda Noppon ħa t-tnejn li kien imiss bi breaks ta’ 70 u 112. Peró l-aħħar kelma kienet tal-Iskoċċiż li għalaq il-logħba bi break ta’ 90.

Stuart Bingham rebaħ l-ewwel sessjoni 5-3 u wara li t-tieni ntemmet f’parita’ ta’ 8-8 huwa għeleb lil Kyren Wilson 13-9 bir-Re tal-Crucible tal-2015 ammetta li jinsab kuntent li players oħra jitkellmu dwarhom bħala l-favorit tat-titlu.

Bla dubju Bingham wera l-abbiltà tiegħu li jegħleb lill-aqwa fuq il-palk ta’ Sheffield – fl-2015 ħa l-aħjar minn Judd Trump, Ronnie O’Sullivan u Shaun Murphy, filwaqt li s-sena l-oħra gawda minn mixja tajba għas-semi-finali. Li elimina lil Wilson, il-finalista tal-2020, kien riżultat eċċellenti ieħor għal Bingham ta’ 45 sena.

Bl-iskor 8-8 fil-bidu tat-tielet sessjoni, Wilson skorja biss 21 punt fl-ewwel erba’ frames hekk kif Bingham mar 12-8 fuq quddiem bi breaks ta’ 97, 76 u 52. L-ewwel minn dawn kellu fil-mira dak massimu ta’ 147 sakemm spiċċa minn pożizzjoni fuq it-tielet l-aħħar ħamra.

Wara l-mistrieħ, Bingham kien viċin li jtemm il-partita sakemm falla l-ħamra ta’ qabel l-aħħar delikata u finalment kien Wilson li naqqas id-distakk.

Fit-22 frame Wilson kellu l-opportunità li jnaqqas id-distakk, iżda wara li kien 37-36 minn taħt naqas li jikkonverti l-aħħar ħamra diffiċli fejn hawn kien Bingham li kklerja għall-blu, li kien biżżejjed biex jikseb post fl-aħħar tmienja.

Ekonomija

Sport