Tuesday, May 14, 2024

Użati madwar 320,000 litru ta’ ilma u 4,000 litru ta’ foam biex jiġu kkontrollati n-nirien

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li fuq il-post tal-inċident kien hemm 50 pumpier u uffiċjali tal-protezzjoni Ċivili. 

Fl-istess waqt ġew użati madwar 320,000 litru ta’ ilma u 4,000 litru ta’ foam biex jiġu kkontrollati n-nirien

Talk.mt jinsab infurmat ukoll li waqt din l-operazzjoni ġew użati 12-il vettura tat-tifi tan-nar.

Aktar qabel: Jintfew in-nirien fil-fabbrika f’Santa Venera… xi djar iġarrbu ħsarat

Kif ġie rrappurtat minn dan is-sit, b’aġġornamenti kontinwi, fl-aħħar sigħat kompliet il-ħidma biex jiġu kkontrollati nirien li tkebbsu f’fabbrika li tipproduċi l-ikel fi Triq il-Ħarrub f’Santa Venera. 

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jitfu n-nirien qawwija li kien hemm u b’xorti t-tajba ħadd ma ndarab.

Il-Pulizija qalet li sa dalgħodu t-triq kienet tinsab magħluqa u li kien għad hemm iż-żona tal-istore magħluqa.

Konsegwenza tan-nirien, kien hemm anke xi djar li ġarbu xi ħsarat. 

Jidher li waqt din l-operazzjoni, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jużaw aktar minn 200,000 litru ta’ ilma.

Dwar l-inċident għaddejja inkjesta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi rringrazzja lill-membri kollha tal-Protezzjoni Ċivili wara l-ħidma ta’ diversi sigħat biex jintfew in-nirien.

F’kummenti fuq il-midja soċjali huwa qal li l-investimenti fl-inġenji u l-apparat għalhekk isiru, ħalli meta jkun hemm il-bżonn, il-ħaddiema jkollhom l-aħjar għodda biex iħarsuna.

Sport