Friday, April 26, 2024

Kandidat Laburista jikkanċella kull attività tal-massa tiegħu minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-kandidat Laburista, il-kirurgu Jo Etienne Abela qal li bħala tabib u bħala politiku prospetiv qed iħoss id-dmir u d-dover li jikkanċella kull attività tal-massa li kienu qed jiġu organizzati mil-kollaboraturi tiegħu fix-xena politika għal żmien il-Milied.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali huwa qal li qed jagħmel dan b’dieqa iżda b’sens ta’ responsabilità kemm għal kostitwenti tad-distretti fejn se jikkontesta kif ukoll is-servizzi tas-saħħa f’Malta u Għawdex. 

“In-numri huma dawk li huma u l-Covid-19  ma jistax jiġi injorat speċjalment minn persuni fil-kamp mediku bħali. Filwaqt li niskuża ruħi magħkom ilkoll inwegħdtkom li għad nilħqu niltaqgħu b’mod iktar seren. Għalija s-saħħa tagħkom ilkoll tiġi qabel il-vot,” qal il-kirurgu u kandidat laburista

Sport