Il-kandidata Nazzjonalista Eve Borg Bonello ddaħħlet l-Isptar Mater Dei minħabba xi wġigħ li sofriet waqt l-aħħar rally tal-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li ġej.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħha fuq Facebook, Borg Bonello spjegat li l-uġigħ ġie bla mistenni u li qiegħda titlob li tkun f’saħħitha sas-Sibt meta l-poplu se jkun imsejjaħ biex jivvota.
Sadanittant, hi appellat lill-qarrejja biex ma jiqfux “jiġġieldu għas-sewwa” u jibqgħu jikkonvinċu aktar nies biex jagħmlu l-għażla t-tajba.