Wara erba’ xhur joqgħod ġo lukanda fi Munich, Harry Kane sab id-dar li tant xtaq fir-reġjun tal-Bavarja.
Kane kien qed joqgħod f’lukanda lussuża fejn kull lejl Bayern Munich kienu qed iħallsulu €10,000.
Kane ppubblika ritratt fuq Instagram fejn deher jirringrazzja lill-impjegati tal-lukanda fejn laqgħuh għal dawn l-aħħar erba’ xhur. B’kollox, il-klabb tiegħu nefaq €1.2 miljun fi spejjeż.