Wednesday, July 24, 2024

Tiago Djalo bejn Inter u Juventus?

Aqra wkoll

Juventus u Inter qed isegwu mill-qrib il-progress tad-difensur Portugiż Tiago Djalo. Dan il-plejer se jkun aġent ħieles fil-futur mhux ‘il bogħod u għalhekk ikun jista’ jingħaqad ma’ min irid.

Inter jidhru l-iktar favoriti għalih minħabba li l-aġent tiegħu kellu l-ewwel laqgħat ma’ Beppe Marotta li hu d-direttur sportiv ta’ Inter.

Djalo għandu 23 sena u ilu ma’ Lille sa mis-sena 2019 fejn lagħab 78 logħba u skorja tliet gowls.

Ekonomija

Sport