Il-kap ta’ grupp ta’ kriminalità organizzata li pprovda aktar minn £1 miljun f’drogi tal-klassi A ntbagħat 19-il sena u tmien xhur ħabs wara li fil-Qorti ta’ Derby ammetta li kien hu li jipprovdi d-droga kokaina.
Ir-raġel, Daniel Karim, ta’ 35 sena kien ilu jiġi investigat mill-pulizija għal tliet snin qabel ma ġie arrestat fl-2022. Minn tfittxija li saret fuq it-telefon ċellulari tiegħu, irriżulta li huwa kellu rwol ewlieni fil-gang kriminali.
Huwa kien jeżerċita kontroll assolut fuq il-membri gang billi kien inissel fihom il-biża’ u kellu wkoll numru ta’ traffikanti fit-toroq taħt l-influwenza tiegħu, skont ma qalet il-Pulizija ta’ South Yorkshire, fir-Renju Unit.
Il-Pulizija stmat li l-valur fit-triq tas-sustanzi illegali fornuti mill-gang kien ilaħħaq għal aktar minn £1m.
Is-Supretendent Nicola Shimwel qalet mal-ġurnalisti li l-Pulizija qed taħdem bis-sħiħ sabiex iżżarma u tkisser gruppi ta’ kriminalità organizzat bħal dawn u tiżguraw li dawk kollha involuti fil-konspirazzjoni biex tiġi provduta d-droga jiffaċċjaw il-ġustizzja.
Tmien persuni oħra kienu diġà ngħataw sentenza total ta’ 55 sena ħabs bejniethom b’rabta mal-istess gang kriminali mmexxi minn Daniel Karim.