Thursday, December 26, 2024

Kap tal-istazzjon tal-ferroviji li jinsab arrestat b’rabta mal-inċident tal-Greċja jammetti li għamel żball

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Griegi dalgħodu qamu bi ħġarhom sabiex isemmgħu leħinhom fit-toroq tal-lokal wara l-inċident traġiku li seħħ jumejn ilu fejn ferrovija li kienet qed iġġorr madwar 350 persuna abbord kienet involuta f’ħabta ma’ ferrovija oħra li kienet qed iġġorr il-merkanzija fit-Tramuntana tal-pajjiż.F’dan l-inċident tilfu ħajjithom għexerien ta’ nies filwaqt li hemm għexieren oħra midruba, fosthom sitta l-ITU.

Il-protesti saru barra l-binja ta’ Hellenic Train. Id-dimostranti sostnew li kienet responsabbiltà tal-kumpanija stess li tassigura l-manutenzjoni tal-ferroviji.

Raġel ta’ 59 sena residenti Larissa u li huwa kap ta’ stazzjon tal-ferroviji qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ dan l-inċident. Huwa qed ikun akkużat li huwa responsabbli ta’ għexieren ta’ mwiet u midruba kawża ta’ negliġenza. Skont it-tim tal-Emerġenza tal-lokal, il-kap tal-istazzjon li qed jiġi investigat dwar il-każ ammetta “li għamel żball”.

Ritratt: Twitter – @AegeanNative

Min-naħa tiegħu, il-Gvern Grieg, b’rispons għal dawn il-protesti saħaq li rigward dan il-każ infetħet investigazzjoni sabiex issir ġustizzja ma’ dawk li tilfu ħajjithom fl-inċident kif ukoll fakkar lill-poplu li mil-lum bdew tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali.

Però, l-aġir tal-Gvern Grieg ma kienx konvinċenti biżżejjed biex idawwar il-fehma tal-Ministru għat-Transport Grieg Kostas Karamanlis għaliex żamm mad-deċiżjoni li ħa u bagħat ir-riżenja tiegħu ftit mumenti wara li hu stess mar fuq il-post fejn kien seħħ l-inċident. Huwa sostna l-kawża ta’ dan l-inċident kien “żball traġiku uman”.

Ekonomija

Sport