Sunday, April 28, 2024

ARA: Ix-xogħol fi Triq tas-Sejba mistenni jitlesta fit-tieni kwart tas-sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Infrastructure Malta qiegħda tippjana li tlesti l-proġett li qed isir fi Triq tas-Sejba, l-Imqabba fit-tieni kwart ta’ din is-sena. F’din it-triq bħalissa qed isiru interventi urġenti biex jitwaqqaf il-ħsarat fl-istruttura tagħha.

B’investiment ta’ €1.5 miljun, l-Aġenzija qiegħda tibni struttura ġdida għal din it-triq b’pedamenti ri-infurzati. Dan hekk kif it-triq kienet f’riskju li tiġġarraf. Fid-dawl ta’ dan it-tħassib dwar is-sigurtà pubblika, Infrastructure Malta llimitat l-aċċess għall-vetturi f’din iż-żona.

YouTube video

Min-naħa tagħha, l-aġenzija bdiet bix-xogħlijiet tagħha f’din it-triq b’mod immedjat. Kien lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, meta l-kuntrattur tal-aġenzija wettaq investigazzjonijiet fuq il-post qabel bdew ix-xogħlijiet infrastrutturali.
Dawn l-investigazzjonijiet ikkonfermaw li t-triq kienet tinsab fuq sisien dgħajfa. It-tħaffir għall-pilastri tatl-konkrit beda malli tlesta l-istħarriġ neċessarju. Biex tibni l-pedamenti ġodda tat-triq, Infastructure Malta se timplimenta 49 kolonna tal-konkrit, b’60% tagħhom diġa’ jinsabu f’posthom.

Xogħlijiet oħra ta’ dan il-proġett jinkludu l-konnessjonijiet tad-drenaġġ, tat-telekomunikazzjoni u tal-elettriku mill-ġdid. Finalment, din it-triq se tkun qiegħda tingħata wiċċ ġdid bl-asfalt.

Waqt żjara li għamel fuq il-post, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Aaron Farrugia spjega kif ittieħdet azzjoni minnufih sabiex isiru l-interventi meħtieġa f’din it-triq. Qal li “nħarsu ‘l quddiem biex din it-triq terġa’ tibda tintuża mill-pubbliku fiż-żmien li ġej.” Preżenti kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Ivan Falzon.

Sport