Monday, December 23, 2024

Kapitlu Tlettax jgħidu li “Wiċċ B’Ieħor” għandha ħajja lil hinn mill-kompetizzjoni

Aqra wkoll

Il-grupp Kapitlu Tlettax fl-ewwel reazzjoni wara r-riżultati tas-semifinali tal-festival MużikaMużika ħarġu jirringrazzjaw lil dawk kollha li wrewhom is-sapport kontinwu.

Kapitlu Tlettax qalu li minkejja li l-vjaġġ tagħhom fil-festival ta’ din is-sena ntemm ilbieraħ, jemmnu li flimkien ma’ Julie Pomorski rnexxielhom ikomplu jwasslu l-messaġġ tagħhom permezz ta’ iktar lirika Maltija li tant hi għal qalbhom.

Intant wara li lbieraħ tħabbru t-12-il finalist li se jkantaw illum, bosta kienu dawk li esprimew id-diżappunt għall-mod ta’ kif ġew eliminati xi kantanti li fl-opinjoni tagħhom kellhom jagħmluha għall-finali. Fost l-iktar imsemmija kien hemm Kapitlu 13 li bl-istil uniku tagħhom fuq il-palk rnexxielhom jisirqu s-simpatija ta’ bosta.

Ekonomija

Sport