Friday, May 3, 2024

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Anton D’Amato bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, Ħal Għaxaq.

Dun Anton D’Amato twieled fis‑27 ta’ Ottubru 1984 u trabba ż‑Żurrieq. Huwa ggradwa fl‑2009 mill‑Fakultà tal‑Liġi fl‑Università ta’ Malta. Sentejn wara beda l‑formazzjoni u l‑istudji tiegħu għall‑ħajja saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof u ggradwa mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑2019. Ġie ordnat saċerdot f’April 2018 u beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑Parroċċa tal‑Imqabba u fl‑2019 bħala chaplain fil‑Junior College. Fl‑2021 inħatar Delegat għall‑Migranti u Direttur tal‑Kummissjoni Migranti fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Huwa se jibqa’ jokkupa l‑kariga ta’ Delegat għall‑Migranti u Direttur tal‑Kummissjoni Migranti, liema kummissjoni toffri għajnuna lill‑immigranti biex jgħixu b’dinjità u tgħinhom fil‑proċess ta’ integrazzjoni fis‑soċjetà Maltija.

Il‑Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq tiġbor fiha madwar 5,540 persuna f’1,500 residenza.

Sport