L-attakkant ta’ Real Madrid, Karim Benzema, ħabbar li rtira mit-team nazzjonali ta’ Franza. Din it-tħabbira waslet proprju l-għada tal-finali tat-Tazza tad-Dinja fejn il-Franċiżi ħarġu telliefa kontra l-Arġentina bl-iskor ta’ 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 3-3.
Benzema ma setax jieħu sehem f’dan it-tournament wara li sofra injury tlett ijiem qabel il-bidu tiegħu u għaldaqstant intbagħat lura lejn pajjiżu.
Il-karriera internazzjonali tiegħu kienet mimlija tlugħ u nżul wara li ddebutta fit-28 ta’ Marzu, 2007, kontra l-Awstrija. Huwa kompla jieħu sehem f’tournaments sussegwenti, bħat-Tazza tad-Dinja 2010, iżda d-dehriet kienu kemmxejn kontroversji.
Qabel il-Euro 2016, tħabbar li Benzema ma kienx se jkun parti mill-iskwadra kif ukoll fit-Tazza tad-Dinja 2018 li saret fir-Russja.
Karim reġa’ deher fl-iskwadra Franċiża fl-2021 għall-Euro 2020, li ma kellhiex tmiem pożittiv hekk kif Franza sfaw eliminati fl-Aħħar 16 kontra l-Isvizzera.
B’kollox huwa lagħab 97 partita għal Les Bleus li fihom skorja 37 goals.
F’sentenza qasir huwa qal: “Ktibt l-istorja tiegħi … u tagħna tispiċċa hawn!”