Monday, April 22, 2024

Karim Benzema jista’ jirritorna għal Franza

Aqra wkoll

L-attakkant, Karim Benzema, jista’ jirritorna għal Franza biex jilgħab fir-round tal-Aħħar 16 wara li ftit jiem qabel il-bidu ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja huwa mar lura pajjiżu wara li sofra injury fil-muskolu tal-koxxa.

L-attakkant qed jirkupra tajjeb mill-injury tiegħu u, fil-fatt, Real Madrid ma eskludewx il-possibbiltà li jirritorna għat-taħriġ mal-kumplament tal-iskwadra, fl-1 ta’ Diċembru. Jekk ikun disponibbli għal Madrid, jista’ jilgħab ma’ Franza wkoll.

Benzema għadu reġistrat bħala wieħed mis-26 player imsejjaħ minn Franza għat-tournament irrispettivament minn jekk jinsabx fil-Qatar mal-kumplament ta’ sħabu. 

Minħabba l-fatt li Deschamps ma sejjaħx sostitut, l-attakkant jista’ jiġi msejjaħ għal-logħbiet li ġejjin ta’ Franza.

Tant hu hekk li, anke jekk ma jmurx lura, Karim jibqa’ reġistrat fl-iskwadra. Huwa jirċievi midalja jekk Franza tirbaħ it-tieni Tazza tad-Dinja konsekuttiva, fil-finali tat-18 ta’ Diċembru.

Sport