Sunday, May 19, 2024

Karim Benzema qed jikkunsidra li jilgħab fil-Major Soccer League qabel ma jirtira

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Real Madrid, Karim Benzema żvela li hu se jikkunsidra li jilgħab fil-Major Soccer League qabel ma jirtira.

Il-player ta’ 33 sena qatta’ l-aħħar 12-il sena fil-Santiago Bernabeu, skorja 290 goal u pprovda 152 assist f’570 apparenza fil-kompetizzjonijiet kollha.

Benzema fadallu inqas minn sentejn fil-kuntratt kurrenti tiegħu u għalkemm il-Los Blancos jidher li se jestenu l-ftehim tiegħu, il-Franċiż għadu ma ddeċidiex rigward sfida ġdida qabel ma jirtira.

“Nieħu l-affarijiet sena wara sena, sakemm għandi din ix-xewqa; jien inħobb il-football u allura se nkompli nilgħab,” qal Benzema.

Benzema, li ġie nnominat għall-Ballon tad-Deheb tal-2021, kellu bidu brillanti għall-istaġun il-ġdid, fejn skorja 11-il goal fil-kompetizzjoniiet kollha, inklużi disa’ goals fi tmien logħbiet tal-Liga Spanjola.

Sport