Karim Benzema nesa d-diżappunt tat-Tazza tad-Dinja meta skorja ż-żewġ goals ta’ Real Madrid fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Valladolid biex telgħu fil-quċċata tal-Kampjonat Spanjol.
Ir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb kien intgħażel fl-iskwadra Franċiża għat-tournament mondjali iżda tlett ijiem qabel il-bidu tiegħu huwa kellu jintbagħat lura pajjiżu minħabba li sofra injury fil-koxxa waqt it-taħriġ. Imbagħad ħabbar li rtira mill-football internazzjonali wara l-finali hekk kif Franza sfaw megħluba mill-Arġentina fil-finali.
Nhar il-Ġimgħa li għadda huwa skorja l-ewwel goal mid-19 ta’ Ottubru li għadda meta l-Madrileni kienu għelbu lil Elche.
Kontra Valladolid, Benzema (83) fetaħ l-iskor minn penalty meta Javi Sanchez ġie kkastigat għal handball. F’dan l-inċident tkeċċa Sergio Leon wara kummenti li għadda lir-raba’ uffiċjali.
Sitt minuti wara, Benzema aċċerta mir-rebħa wara li kkonkluda mill-pass ta’ Eduardo Camavinga.