Saturday, May 18, 2024

Meta Manchester United riedu jiffirmaw lil Pelé …

Aqra wkoll

Il-leġġendarju Brażiljan, Edson Arantes do Nascimento, magħruf aktar bħala Pelé, qatta’ l-karriera kollha tiegħu ma’ Santos iżda ta’ spiss kien marbut ma’ bosta clubs Ewropej fosthom Manchester United. 

Pele seta’ lagħab flimkien ma’ George Best, Denis Law u Bobby Charlton li kieku ma rrifjutax l-offerta tagħhom … iżda huwa jsostni li dik ma kenitx l-aqwa offerta li rċieva. 

Pele stess kien sostna li, fl-1968, kien ġie avviċinat mill-club minn Old Trafford fejn seta’ lagħab mal-aqwa players fil-Kampjonat Ingliż li f’dak il-perjodu kienu ddominaw il-logħba domestika. 

Peró, huwa kellu wkoll offerta mingħand Real Madrid li kienet ħafna aħjar minn dik tar-Red Devils. Barra minn hekk it-temp Spanjol kien aktar jiġbdu minn dak Ingliż. Il-Madrileni għamlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jiffirmaw iżda … “jien qatt ma ridtx nitlaq lil Santos. 

Kien lejn tmiem il-karriera tiegħu, fl-1977, li sellem lil Santos biex mar jilgħab fl-Istati Uniti ma’ New York Cosmos. Magħhom huwa lagħab 64 partita li fihom skorjaw 37 goals.

Madankollu, Pelé kien qal ukoll li baqa’ jsegwi lil Manchester United. 

Sport