L-eks Deputat Parlamentari Nazzjonalista Karl Gouder li miet nhar it-Tnejn li għadda fl-età ta’ 45 sena, se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt 14 ta’ Settembru fil-11:00 a.m fil-Knisja ta’ San Ġiljan.
Fuq il-midja soċjali, ġie rrapurtat li wara ċ-ċelebrazzjoni se jsir korteo fejn fost l-oħrajn se jgħaddi minn quddiem il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fejn hemmhekk għamel żmien iservi bħala sindku.
Gouder se jgħaddi wkoll minn quddiem id-Dar Ċentrali fejn serva għadd ta’ rwoli għal dawn l-aħħar 16-il sena