Saturday, October 5, 2024

Ġuvni l-Isptar wara ħabta fit-triq tal-Qala

Aqra wkoll

Aktar kmieni waranofsinhar, ġuvni ta’ 18-il sena residenti Għajnsielem kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Borg Għarib f’Għajnsielem. It-triq hija magħrufa bħala “t-Triq tal-Qala”.

Jirriżulta li l-inċident seħħ meta karozza Citroen c5 aircross kellha mpatt ma’ karozza Kia Picanto. Skont investigazzjonijet li saru mill-Pulizija t’Għawdex jidher li l-Kia Picanto kienet ipparkjata fil-ġemb tat-triq meta s-sewwieq ipprova jsuq kellu mpatt mal-karozza l-oħra li kienet qiegħda tinsaq fl-istess direzzjoni.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li taw l-ewwel għajnuna lil ġuvni li kien passiġġier fil-Kia Picanto. Hu ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li sofra biss ġrieħi ħfief.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport