Wednesday, October 9, 2024

Mudelli Maltin jieħdu sehem b’suċċess f’La Perla d’Italia’

Aqra wkoll

Fi-jiem li għaddew, ġiet organizzata kompetizzjoni jisimha ‘La Perla d’Italia’, li saret f’Pisciotta, Palinuro, taħt id-direzzjoni ta’ Francesca Maroni u Maurizio Cicoli, fejn fiha ħadu sehem diversi mudelli Maltin.  Id-direttriċi nazzjoniali ta’ Malta hija Joanne Farrugia.

Dawn huma il-postijiet li kisbu:

Kategorija Mascotte: Katrina Bonnici – Rebbieħa

Kategorija Junior: Kailey Brincat – Rebbieħa

Amber Zammit Spiteri – it-tielet post

Kategorija Teen: Leon Alamango – It-tieni post

Kategorija Miss: Jeanelle Spiteri – Rebbieha

Kategorija Gold: Carmen Abela – Ir-raba’ post

Il-kompetizzjoni, tinvolvi erba’ prestazzjonijiet.  

  • Talent (jagħżlu li jridu bħal żfin, kant, reċtar)
  • Immudellar bil-kostum tal-baħar
  • Immudellar b’ilbies eleganti
  • Prova improvizzata, fejn kulħadd jagħmel li jixtieq hu

Ir-rebbieħa jirbħu faxxa, kuruna u xoghol f’qasam artistiku ta’ ċinema, jew moda, pubbliċitá jew editorjal.

Min irid jiehu sehem is-sena d-dieħla, għandu jikkuntattja lil Joanne Farrugia għal aktar dettalji.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport