Monday, November 4, 2024

Karl Izzo jippreżenta l-kandidatura tiegħu għall-president tal-ASA

Aqra wkoll

Waqt serata organizzata f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo nieda uffiċjalment il-kandidatura uffiċjali tiegħu għall-president tal-ASA, fejn se jkun ikkontestat mill-president attwali Joe Caruana Curran, bl-elezzjoni se tkun qed issir nhar it-Tlieta 29 ta’ Ottubru.

Waqt din is-serata ippreżentata minn Keith Demicoli, Karl Izzo, spjega l-viżjoni tiegħu għall-isport akkwatiku f’pajjiżna fosthom permezz ta’ ħames pilastri ewlenin.

Indirizzaw din is-serata il-captain ta’ San Ġiljan u tat-tim nazzjonali Matthew Zammit, l-eks plejer leġġendarju Jonathan Valletta, il-kowċ ta’ Exiles u eks plejer tat-tim nazzjonali, Aurelien Cousin, l-għawwiem leġġendarju Neil Agius, l-eks captain tat-tim nazzjonali u ta’ Neptunes, Niki Lanzon u l-plejer internazzjoanli Malti ta’ Sliema ASC, Dino Zammit.

Ilkoll kellhom kliem ta’ tifħir u ta’ inkorraġiment għal Karl Izzo, waqt li faħħru bis-sħiħ it-tragwardi li huwa rnexxielu jilħaq kemm ilu kowċ tat-tim nazzjonali, waqt li qalu li jinsabu ċerti li jekk huwa jkun elett fil-kariga ta’ president tal-ASA, żgur li l-isport akkwatiku f’pajjiżna se jkun qed igawdi u javvanza.

Sport