Tuesday, May 14, 2024

Draw ġust bejn l-Istati Uniti u Wales

Aqra wkoll

Stati Uniti ………1

Wales ……………1

L-Istati Uniti u Wales temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1, bl-Istati Uniti jkunu huma l-aħjar team fl-ewwel taqsima, waqt li fit-tieni taqsima Wales wettqu reazzjoni tajba u kienu huma li ddettaw il-logħob.

Kienu l-Istati Uniti li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta Rodon kważi kkommetta auto-goal sfortunat iżda l-goalkeeper ta’ Wales, Hennessey, salva tajjeb qael ma’ Sargent permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa.

Fid-29 minuta, Sergino Dest kellu xutt mid-distanza li għadda ferm għoli.

L-Istati Uniti fetħu l-iskor fit-38 minuta meta Christian Pulisic għadda tajjeb lejn TIMOTHY WEAH, iben l-eks plejer leġġendarju ta’ AC Milan u llum President tal-Liberja, George Weah, li permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fil-65 minuta, Wales resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs meta Davies kellu daqqa ta’ ras mill-viċin tiġi mdawra f’corner b’mod spettakolari mill-goalkeeper tal-Istati Uniti, Turner.

Mill-corner li rriżulta, daqqa ta’ ras oħra, din id-darba ta’ Moore intemmet għoli.

Fit-80 minuta Wales rebħu penalty meta Gareth Bale twaqqa’ fil-kaxxa minn Zimmerman. Milll-11-il metru nkariga ruħu l-istess GARETH BALE li ma żbaljax, hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Stati Uniti: Matt Turner, Sergino Dest (DeAndre Yedin 74), Walker Zimmerman, Tim Ream, Robinson, Tyler Adams, Ynunus Musah (Kellyn Acosta 74), Weston McKennie, Timothy Weah (Jordan Morris 88), Christian Pulisic, Josh Sargent (Haji Wright 74) Coach: Gregg Berhalter

Wales: Wayne Hennessey, Neco Williams (Brennan Johnson 79), Ben Davies, Chris Mepham, Joe Rodon, Connor Roberts, Ethan Ampadu (Joe Morrell 95), Aaron Ramsey, Harry Wilson (Sorba Thomas 93), Dan James (Kieffer Moore 46), Gareth Bale Coach: Rob Page

Ammoniti: S. Dest, W. McKennie, T. Ream, K. Acosta (SU), G. Bale, C. Mepham (W)

Sport