Wednesday, May 8, 2024

Sospiżi erba’ carers b’rabta ma’ allegat użu ta’ forza eċċessiva fuq pazjenti f’San Vinċenz

Aqra wkoll

L-Amministrazzjoni tar-residenza ta’ San Vinċenz De Paul fetħet investigazzjoni interna dwar żewġ każijiet separati ta’ allegat użu eċċessiv ta’ forza fuq żewġ pazjenti.

Fi stqarriija maħruġa tard ilbieraħ filgħaxija l-Ministeru għall-anzjanità attiva qal li dawn iż-żewġ każijiet qed jiġu investigati wkoll mill-pulizija.

B’rabta mal-każijiet ġew sospiżi erba’ carers u ġie infurmat ukoll il-Kummissarju għall-Anzjani, il-Professur Godfrey LaFerla.

Filwaqt li l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela faħħar il-ħafna xogħol tajjeb li jsir minn għadd ta’ ħaddiema b’risq l-anzjani, huwa kkundanna bla riservi aġir vjolenti u ordna li l-każijiet inkwistjoni jkunu mistħarrġa biex wieħed jistabbilixxi l-fatti u jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

Sport