Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, waqt seduta li fiha ngħataw il-kondoljanzi lill-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici qal li jixtieq li dan jiftakkar għall-persuna li verament kien u mhux minħabba li kien persuna prominenti fil-politika, skont in-narrativi li jingħataw dik favur mill-partit tiegħek u dik mill-Oppożizzjoni li tensfasizza fuq il-politiku affarijiet li mhux tajbin. “F’dawn l-aħħar ġranet, wara l-mewt ta’ Karmenu Mifsud Bonnici, intqalu ħafna affarijiet u faħħruh il-bosta iżda rajt xi artikli fil-gazzetta b’mod partikolari editorjal minnhom li minflok irriċerkaw, qabdu dawn in-narrativi l-aktar minn dawk tal-oppost,” spjega Fearne. Huwa speċifika li n-narrativa tal-partit tal-oppost ta’ dak iż-żmien raha riprodotta anke issa fejn lil Karmenu penġewh li kien tant persuna twajba li ma kellux awtorità fuq il-partit tiegħu u li minflok bħal kull mexxej, jagħġen l-Istorja, kien jimxi mal-Kurrent.
“Min kien jafu, jaf li ma kienx hekk. Vera u minnu li kien verament bniedem kalm imma kellu moħħ inċisiv ħafna u l-argumenti tiegħu kien kważi dejjem jebraħhom. Kien bniedem ta’ stoffa, b’saħtu u anke awtoritatevoli,” insista Fearne. Hawnhekk huwa semma’ lil Lorry Sant u fakkar li kien biss taħt it-tmexxija ta’ Karmenu Mifsud Bonnici li “kkontrollah” u kien sospiż mill-Partit Laburista. Allura, “mhux minnu li Karmenu ma kienx kapaċi jmexxi”.
Fearne fl-intervent tiegħu qal li Karmenu tant ma kienx iħalli l-kurrent jiġri bih grazzi għat-twemmin sod tiegħu fid-demokrazija li fl-1987 inbidlet il-kostituzzjjoni biex min iġib l-aktar voti jkun huwa fil-Gvern u “din, kienet aġevolat sewwa lill-Partit Nazzjonalisa”.
Għaldaqstant, id-Deputat Prim Ministru għamilha ċara li, “in-narrattiva opposta mhiex dak li kien anzi, Karmenu Mifsud Bonnici kien bniedem sod, onest u mexxej ta’ vera. Persuna li ħalla legat kbir fil-kostituzzjoni ta’ Malta, fil-parlament, fil-pajjiż u r-relazzjonijiet industrijali. Pajjiżna għandu jkun grat lejn Karmenu Mifsud Bonnici”.