Wednesday, July 30, 2025

Karmenu Muscat huwa r-raġel li nqabad bejn ħajt u l-ġenb ta’ xarabank fil-Furjana

Aqra wkoll

Karmenu Muscat huwa l-vittma li tilef ħajtu ilbieraħ  fil-Furjana. Kienu għall-ħabta tas-1.45pm xħin intalbet l-assistenza wara li l-Pulizija kienu infurmati li persuna tinsab feruta wara li ntlaqtet minn vettura. 

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li xarabank tal-għamla Mercedes Citaro, għal xi raġuni mexa waħdu, bil-konsegwenza li r-raġel inqabad bejn ħajt u l-ġenb tal-istess xarabank. 

Fuq il-post wasal minnufih tim mediku mill-Isptar Mater Dei u permezz t’ambulanza r-raġel ittieħed immedjatament lejn l-Isptar Mater Dei. Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. 

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D kien infurmat b’dan l-inċident u ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizjia, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport