Saturday, May 18, 2024

“Karmenu qatt ma għamel distinzjoni bejn persuna u oħra”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-President tal-Kamra, Anġlu Farrugia, tkellem dwar l-inteġrità u l-korrettezza li kien jimxi biha Karmenu Mifsud Bonnici fejn barra li tkellem dwar esperjenza li kellu miegħu meta kien għadu fil-korp tal-pulizija, Farrugia qal li kien Karmenu Mifsud Bonnici li ħajru u kkonvinċa lil martu biex jidħol għall-politika.

Qabel għamel minuta ta’ silenzju għall-membri kollha preżenti fis-seduta, Farrugia qal li, “bqajna ħbieb sal-aħħar. Kellimtu ftit jiem qabel miet u niftakar li dħakna flimkien. Karmenu kellu moħħ ċar sal-aħħar tant li anke ddiskutejna u tani ideat fuq il-gwerra fl-Ukrajna. Qalli li biex ikun hemm il-paċi, irid ikun hemm diskussjoni miftuħa. Nirringrazzjah ta’ dak kollu li tgħallimt mingħandu. Verament ħabbejtu u kulħadd għandu jħares lejn il-valuri li kellu fejn kien jgħin ħafna u għamel il-ġid ma’ kulħadd. Qatt m’għamel distinzjoni bejn persuna u oħra”. 

Sport