Karozza pparkjata quddiem il-presepju tal-Milied twaqqaf ix-xogħol fi Pjazza San Ġwann

Aqra wkoll

Karozza li tħalliet ipparkjata fi Pjazza San Ġwann, quddiem il-presepju tal-Milied, wasslet biex ix-xogħol fuq dan il-presepju kellu jieqaf temporanjament.

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, qal li ta struzzjonijiet lill-uffiċjali sabiex il-vettura tiġi rmunkata minnufih, wara li sidha pparkjaha fil-post u b’hekk ostakola t-tkomplija tax-xogħol li kien għaddej fuq il-presepju.

F’messaġġ tiegħu, McKay appella għal aktar rispett lejn il-Belt Valletta u lejn ir-residenti tagħha, filwaqt li rringrazzja lill-forzi tal-ordni għall-għajnuna u l-intervent immedjat tagħhom.

L-inċident ifakkar fl-importanza li s-sewwieqa juru konsiderazzjoni lejn l-ispazji pubbliċi u lejn l-attivitajiet u x-xogħlijiet li jkunu għaddejjin fil-Belt, speċjalment f’dan iż-żmien tas-sena.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport