Sunday, December 22, 2024

Karozza tibqa’ dieħla fin-nies f’Berlin u toqtol persuna

Aqra wkoll

Persuna tilfet ħajjitha u minn tal-inqas 12 oħra sfaw feruti wara li karozza baqgħet dieħla fin-nies f’żona kummerċjali Berlin. 

Uffiċjali tal-emerġenza qalu li għadu mhux ċar jekk il-każ, li seħħ għall-ħabta tal-10.30 a.m., kienx intenzjonat jew seħħx b’mod aċċidentali. 

Kelliem għall-Pulizija qal lill-ġurnalisti li x-xufier kien arrestat fuq il-post. L-istess kelliem qal ukoll li fost dawk midruba hemm min weġġa’ serjament. 

Dan l-inċident seħħ fil-Punent ta’ Berlin, f’waħda mill-aktar toroq bieżla għax-xiri.

Ekonomija

Sport