Ħadd ma ndarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:00 a.m, Mercedes inħakmet min-nirien fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan.
Fil-post issejħu Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex setgħu jikkontrollaw in-nirien li żviluppaw waqt li l-karozza kienet qiegħda qed tinstaq.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.