Tuesday, April 30, 2024

Bugħaddas f’qagħda serja wara li sab ruħu f’diffikultà fiċ-Ċirkewwa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 62 sena mir-Renju Unit jinsab f’qagħda serja wara li lbieraħ sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos.

Kien għall-ħabta tat-3.30 p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fil-baħar fl-inħawi taċ-Ċirkewwa. 

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu li r-raġel kien ittella’ fuq l-art minn xi bugħaddasa oħra. 

Tim mediku ta l-assistenza lill-vittma, li ttieħed l-Isptar Mater b’ambulanza, u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed f’qagħda serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport