Friday, May 3, 2024

Każ ieħor ġdid ta’ Covid-19 relatat mal-party li żvolġa fir-Radisson

Aqra wkoll

Mit-850 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm każ ġdid ta’ persuna li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li dan il-każ huwa konness mal-cluster ta’ persuni infettati li rriżultaw mill-party “Hotel Takeover” li żvolġa matul tmiem il-ġimgħa li għadda.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ disgħa mill-14-il każ rapportati wkoll kienu relatati mal-party li żvolġa fil-lukanda Radisson.

Iż-żieda fil-każi ġodda wasslet biex diversi assoċjazzjonijiet jappellaw lill-Gvern biex iwaqqaf l-attivitajiet tal-massa, inkluż parties u marċi tal-festa.

In-numru ta’ swab tests li saru mill-bidu ta’ Marzu issa jammonta għal 120,995.

Sport