Saturday, December 21, 2024

“Każ ieħor ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li jitmexxa flok imexxi” – il-PL

Aqra wkoll

Il-Każ tal-Avukat u Deputat Nazzjonalista, Joe Ellis kompla jikxef l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista. Ipokrezija li turi Partit ankrat fil-passat li jekk fdat bit-tmexxija jeħodna lura flok ‘il quddiem. Agħar minn hekk, dan hu każ ieħor fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jbaxxi rasu u jċedi.

Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt Konferenza tal-Aħbarijiet tal-Partit Laburista mill-Ministru, Clint Camilleri u d-Deputat Andy Ellul.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega kif Joe Ellis uża l-istituzzjoni Parlamentari biex jilgħabha ta’ kemm għandu interess fil-konstitwent u Għawdex, biex imbagħad inqabad li minflok kien qed jistaqsi dwaru nnifsu. Ġie żvelat li waħda mill-ħafna kumpaniji li għandu kienet qed tipprovdi bil-moħbi l-materjal tal-kostruzzjoni għall-proġett infrastrutturali fil-limiti ta’ Għajnsielem u n-Nadur. Agħar minn hekk, ie żvelat ukoll li ħaddiema tal-istess kumpanija mmexxija ta’ Joe Ellis qed idumu mhux jitħallsu s-salarji dovuti lilhom.

“Jumejn ilu, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet Parlamentari, Dr.Ellis ġie jgħidilna li hu qatt ma abbuża mill-pożizzjoni tiegħu fl-ogħla istituzzjoni. Il-fatti juru mod ieħor… U filwaqt li aħna mexjin b’dan ix-xogħol, il-Partit Nazzjonalista jrid joħodna lura. Jikkritika fl-istess ħin li jgawdi minnhom.”

Id-Deputat Andy Ellul spjega l-inkonsistenza u n-nuqqas ta’ kredibilita’ ta’ Bernard Grech. Għal darb’oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jċedi għall-pressjoni wara li d-Deputat Joe Ellis għamilha ċara li mhux se jirriżenja.

“Bernard Grech ma għandux l-awtorità morali biex jiddeċiedi. Għalhekk ankrat fil-passat. Mur ġibha kellu jieħu dawk id-deċiżjonijiet kollha f’pandemija meta kull darba li jiġi biex jieħu deċiżjonijiet fil-partit teatrin sħiħ u jisfidawh kontinwament…Meta tara dan it-tkaxkir tas-saqajn ta’ Bernard Grech tistaqsi kemm jista’ jiddeċiedi fuq nies bħal Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami li jiġbdulu l-ispaga kontinwament. Dan wara li eliminaw lil Adrina Delia biex poġġew lilu.

Il-pajjiż ma jaffordjax tmexxija li mhix kredibbli u li mhux soda. Il-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż jibqa’ jassigurah gvern immexxi minn Robert Abela li ħa l-ikbar deċiżjonijiet fuq il-governanza, il-pandemija u l-ekonomija biex ninsabu f’pożizzjoni li nibqgħu nibnu l-Malta li rridu għal uliedna.

Ekonomija

Sport