Friday, April 26, 2024

Identifikat il-vittma tal-inċident fil-Marsa

Aqra wkoll

Ajay Shrestha, huwa sewwieq tal-mutur li dalgħodu tilef ħajtu traġikament meta ntlaqat minn ħadid li kien mgħobbi fi trakk kbir li nqaleb għal fuqu meta kien għaddej minn Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Ir-raġel min-Nepal ta’ 28 sena residenti l-Imsida Ajay Shrestha kien qed iwassal xi ikel bil-mutur tal-kumpanija meta seħħ l-inċident għall-ħabta tal-11:30 a.m.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu, fakkru l-mumenti sbieħ tiegħu bħala sportiv hekk kif Ajay kien plejer u coach tal-cricket.

Sport