Saturday, May 4, 2024

Każ ieħor ta’ vjolenza f’ħabs fl-Ekwador

Aqra wkoll

Għexieren ta’ ħabsin tilfu ħajjithom fi ġlied u rvellijiet li qamu bejn gangs rivali f’ħabs fil-belt ta’ Santo Domingo, fl-Ekwador. Dan il-każ kompla jżid mal-lista ta’ episodji vjolenti ġo ħabsijiet f’dan il-pajjiż. 

Il-Ministru tal-Intern, Patricio Corrillo, qal li b’kollox għad hemm 108 priġunier/a li għadhom maħrubin, filwaqt li 112 reġgħu nqabdu. 

Uffiċjali tal-ħabs qalu li dan l-irvell qam hekk kif kap ta’ gang partikolari ġie trasferit lejn il-ħabs ta’ Bella Vista wara ordni tal-qorti, u dan jista’ jkun li kkawża instabbiltà fost il-priġunieri. 

Il-Ministru Corrillo kompla jgħid li b’kollox hemm 43 priġunier/a li tilfu ħajjithom. 

Sport