Wednesday, December 25, 2024

Każ ta’ bigamija u sitt każi ta’ abbandun ta’ tfal fost reati rappurtati fl-aħħar xhur

Aqra wkoll

Din is-sena kien hemm każ ta’ bigamija fejn persuna iżżewġet lil persuna oħra li kienet għadha miżżewġa. Każi ta’ bigamija huma meqjusin fil-liġijiet ta’ Malta bħala reati kriminali.

Dan irriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru għall-Intern, is-Sigurta, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri dwar reati kriminali li seħħew fl-akkwati ta’ San Pawl il-Baħar bejn is-snin 2020 u Mejju 2022 u li kienu rappurtati fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra.

Mit-tweġiba li ta l-Ministru Camilleri jirriżulta li l-ikbar għadd, 987 b’kollox, kienu reati ta’ ħsarat filwaqt li 940 kienu reati ta’ serq. Madankollu irriżulta wkoll linl-każi ta’ serq fl-2021 kienu inqas mill-ammont ta’ serqiet li kienu rappurtati fis-sena 2020.

B’kollox, fil-perijodu msemmi kienu rappurtati 3006 reati kriminali li varjaw minn każi ħfief għal reati ftit iktar gravi fost 6 każi ta’ abbandun ta’ tfal.

Ekonomija

Sport