Thursday, April 18, 2024

Jgħum, jaqdef u jiġri b’mira li jiġbor €100,000 għax-xelters tal-annimali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-atleta Malti Fabio Spiteri għaddej bi sfida biex jiġbor b’€100,000 fi flus għall-annimali fix-xelters u għan-nies li jitimgħuhom biex ikunu jistgħu jkomplu b’ħidmiethom.

Spiteri diġà lesta 19-il kilometru f’għawm u aktar minn 800 kilometru fi qdif bir-rota. F’kitba fuq il-profil tiegħu aktar kmieni Spiteri qal li l-mira hija li jaqdef 100 Kilometru u jiġri 211-il Kilometru.

Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina kellha kliem ta’ tifħir dwar dan il-ġest filwaqt li qalet li ħafna lanqas kienu jikkunsidraw jibdew xi ħaġa simili u minkejja l-għeja li hija evidenti, fiduċjuża li huwa se jasal sal-aħħar tal-isfida.

Inti tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek minn:

Ekonomija

Sport