Thursday, April 18, 2024

Każ ta’ Covid19 fil-Bank Ċentrali

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali ħabbar li wara li wieħed mill-impjegati nstab pożittiv il-bqija tal-impjegati issa qed jaħdmu mid-dar.

Huwa spjega kif il-każ imur lura għat-28 ta’ Lulju u kif il-maniġment sar jaf għall-ħabta tas-6.46 p.m. huwa ħa ħsieb li jsir il-‘contact tracing’ biex jistabilixxi liema impjegati ġew f’kuntatt miegħu.

L-impjegati kollha ġew ordnati jaħdmu mid-dar u ntalbu wkoll jagħmlu l-‘swab test’.

Fl-istess waqt il-Bank Ċentrali qabbad min jiddiżinfetta l-binja u dan sar dakinhar stess.

Ekonomija

Sport