Wednesday, March 27, 2024

Kburi li salvajna u tejjibna l-ħajjiet

Aqra wkoll

“Aħna tajna il-libertà. Tajna it-tama.  Issagrifikajna. Tlifna ħbieb. Tlifna membri tal-familja. Qed inġorru ta’ kuljum l-emozzjonijiet u l-feriti fiżiċi u emozzonali kuljum”.

Dan iddikjarah l-eks Royal Marine Mark Ormrod, dwar l-esperjenza tiegħu fl-Afganistan. Ormrod kien ingħaqad mar-Royal Marines fis-sena 2001 fl-età ta’ 17-il sena.  Hu serva fil-gwerra tal-Iraq qabel ingħaqad mar-Royal Marines.  Hu kien ingħaqad ma’ 40 Commando fis-sena 2007. Kien intbagħat lejn l-Afganistan bħala parti minn Operation Herrick.  Kien proprju lejlet il-Milied tas-sena 2007 meta il-platoon li kien jifforma parti minnu Ormrod, kienu qegħdin jagħmlu patrol fil-provinċja ta’ Helmand.  Kien hawn li Ormrod rifes splussiv u tilef saqajh tax-xellug. 

Ormrod dwar l-aħħar avvenimenti fl-Afganistan jiddikjara b’mod ċar li “n-nies tal-Afganistan daqu ħajja aħjar. Kellhom eżistenza ħafna aħjar. Ma naħsbix li se tkun xi ħaġa li jarmuha daqshekk malajr. Huma kienu esposti għal għixien ta’ ħajja aħjar. Ħajja li jagħmel sens li tiġġieled għaliha.”

Ikompli jgħid li “jien bħal ħafna oħrajn kont kuntattjat minn diversi sezzjonijiet tal-midja fl-aħħar jiem. Għamlu dan biex nagħti kumment fuq is-sitwazzjoni preżenti fl-Afganistan. Jien stajt nifhem x’kienu se jistaqsuni. Kien se jistaqsuni jekk jien spiċċajtx tliftx saqajja għalxejn”.

“Il-kumment tiegħi hu ċar.  Jien għandi familja sabiħa. Għandi diversi opportunitajiet u ngħix ħajja ta’ kwalità. Jien b’idejja fuq sidri u waqt li ninjora l-argumenti politiċi, ngħid li kellna impatt pożittiv.  Salvajna il-ħajjiet. Biddilna l-ħajja tan-nies. Kburi għal għomri bil-parti żgħira li jien wettaqt fl-Afganistan biex in-nies bdew jgħixu aħjar”. 

Ekonomija

Sport