Bridget Micallef , ipparteċipat bħala Blind Employer waqt il-konferenza “The Quality of Life of Persons with Visual Impairment”, organizzata mill-Ministeru għall-Volontarjat u The Malta Trust Foundation.
Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha, Ms Micallef kompliet issaħħaħ il-fehma u l-impenn konkret biex titwaqqaf l-ewwel Kooperattiva tal-Għomja Maltin.
Din l-inizjattiva qed titwieled mis-suċċess tal-proġett “Il-Post tax-Xogħol Lil Hinn mid-Dawl”, varat mill-NGO Visual Non-Visual Network. Il-proġett ipprepara u ħarreġ persuni għomja fil-kuntest ta’ ħaddiem, self-employed u intraprenditur, sabiex huma stess ikunu protagonisti fit-tmexxija tal-Kooperattiva u parteċipanti attivi fost l-istakeholders tal-pajjiż.
Dan jippermetti li persuni għomja jmexxu ’l quddiem l-indipendenza tagħhom fil-qasam tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ pajjiżna.
Mistoqsija dwar l-esperjenza tagħha waqt il-konferenza, Ms Micallef qalet li din kompliet timliha bil-kuraġġ biex tkompli taħdem fuq il-proġett Safe and Hygienic Pedestrian, li qed jissokta fid-diskussjonijiet mal-Planning Authority, kif ukoll fuq il-proġett Meet & Greet Compliments, li qed jitmexxa f’kollaborazzjoni mal-Malta Tourism Authority, bil-għan li l-għomja Maltin ikunu wkoll attivi fis-suċċess tal-industrija turistika.
Il-ħidma tagħha tibqa’ mmexxija minn prinċipju wieħed ċar: il-ħajja lil hinn mill-vista u l-kawża ġusta li din iġġib magħha.
Il-Visual Non-Visual Network irringrazzjat il-Malta Employers Association talli din iffacilitat il-partecipazzjoni tas-Sinjura Micallef f’din l-konferenza. Kevin J Borg, id-Direttur Generali tal-Malta Employers qal “Bi pjacir, il-Malta Employers tat is-support mehrieg biex il-Visual Non-Visual Network tkun tista ssemma lehinha f’forum nazzjonali bhal din il-konferenza fejn fiha, ghall-ewwel darba, tressqu l-veduti u r-rakomandazzjonijiet ta’ Employer nieqes mid-dawl. Il-Malta Employers tikkongratula lis-Sinjura Bridget Micallef tal-partecipazzjoni taghha u tweghda l-appogg taghha fil-futur”.
Visual Non-Visual Network



