Wednesday, September 24, 2025

Keith Galea fl-ewwel post fit-Trofeo Spot Pozzallo Triathlon

Aqra wkoll

L-atleta Malti Keith Galea ta’ Team Barry / Bike it up Racing reġa’ kellu prestazzjoni mill- aqwa din id-darba ġewwa Sqallija hekk kif rebaħ il-kategorija tiegħu fit-Trofeo Spot Olympic Triathlon li sar ġewwa Pozzallo fi Sqallija. It-triathlon kienet fuq distanza Olimpika jiġifieri għawma ta’ 1.5km, rota ta’ 40km u ġirja ta’ 10km. Il-kundizzjonijiet kienu kemmxejn diffiċli għall-atleti bil-baħar naqra mċaqlaq, is-sħana u l-umditá li affettwa ħafna l-prestazzjoni tal- atleti.

Galea kellu għawma tajba fejn ħareġ mill-ilma fit-tielet post żewġ minuti ‘l bogħod mill-ewwel atleta. Wara transizzjoni aġli u veloċi Galea sab ruħu fi grupp tajjeb ta’ atleti fejn instab qbil biex kul atleta jagħti sehemu u jaħdmu flimkien biex iġibu l-atleti li kienu qabilhom. Mat-30km Galea flimkien mat-triatleti l-oħra laħaq lill-atleta li kien fl-ewwel post u dak il-ħin flimkien ma’ żewġ atleti oħra attaka biex jiftaħ distakk.

Galea beda l-girja fl-ewwel post flimkien ma’ atleta ieħor, madankollu ħass li kien iktar b’saħħtu u wara żewġ kilometri biss beda jiftaħ distakk u kompla jkabbar il-vantaġġ tiegħu sal-aħħar biex spicca t-tellieqa fl-ewwel post fil-kategorija tiegħu u fis-seba’ post overall f’ħin ta’ 2.05.43. Wara t-tellieqa Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħu speċjalment għall-mod kif tellaq u kif qassam it-tellieqa. Kien importanti ħafna li ma tgħejjiex fuq ir-rota peressli kellha naqa tlajja u li tixrob għax fil-ġirja kienet ħafna sħana tant li kien hemm ħafna atleti li rtiraw.

Galea xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Eurosport Malta, Adistores Malta, Bike it up, Team Fabio, Team Barry, Team Stazi, SportMalta, Malta Triathlon Federation (MTF), Starbene Takewhey u lit-terapista tiegħu, Duncan Abdilla.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport