Fil-jiem li għaddew il-klabb tas-St Patrick’s organizza l-Kampjonati Nazzjonali tal-Aquathlon ġewwa Marsaskala. It-tellieqa kienet tikkonsisti f’kilometru għawma u wara ħames kilometri ġirja. It tellieqa mill-ewwel dehret li kienet ħa tkun waħda missielta hekk kif kien hemm ftit sekondi bejn l-ewwel żewġ atleti. L-atleta ta’ Team Barry / Bike it up,Keith Galea ħareġ l-ewwel mill-ilma fejn għamel l-għawma f’ħin ta’ 15.29 segwit minn Ben Psaila ta’ Pembroke Athleta seba’ sekondi biss warajh.
Madankollu, Psaila ma setax iżomm il-pass qawwi ta’ Galea fil-ġirja. Fil-fatt Galea fetaħ vantaġġ mill-ewwel kif beda l-ġirja u kompla jżid id-distakk sal-aħħar biex rebah il-kampjonat għar-raba’ darba f’ħin ta’ 33.23. Ben Psaila daħal fit-tieni post f’ħin ta’ 34.31 u Stephen Cassar spiċċa fit-tielet post f’ħin ta’ 41.01.
Galea jinsab vera sodisfatt u kuntent li rebaħ dan il-kampjonat speċjalment għax kien ġej minn żmien fejn ma kienx f’sikktu u dan ir-riżultat juri li qed jirkupra. Galea qal li fl-għawma ma setax jiftaħ vantaġġ u ddeċieda li jibqa’ b’pass kostanti u jħalli l-enerġija għall-ġirja. Huwa jinsab kuntent bil-prestazzjoni li kellu fil-ġirja għax għamel ħin tajjeb li tah din ir-rebħa.
Galea jixtieq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Eurosport Malta, Team Barry, Bike it up, Team Stazi, Team Fabio, Starbene Takewhey u lit-terapista tiegħu Duncan Abdilla li kien ta’ sapport kbir fil-ġimgħa tat-tellieqa.