Thursday, February 5, 2026

Kelb salvat mill-membri ta’ CPD wara li waqa’ f’bir fis-Swatar

Aqra wkoll

Ilbieraħ waranofsinhar, membri tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta mill-Istazzjon tat-Tifi tan-Nar 2 wieġbu għal inċident ta’ salvataġġ ta’ annimali fi Swatar, Birkirkara. Dan qalu l-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.

Ġie spjegat li kelb tar-razza Border Collie waqa’ f’bir fond madwar 11-il metru. Ingħad li bl-użu ta’ tekniki speċjalizzati ta’ aċċess permezz ta’ ħbula, is-salvataġġi tas-CPD irnexxielhom jsalvaw il-kelb li kien qed isofri minn diffikultajiet.

Jiiżulta li l-annimal ġie salvat mingħajr ġrieħi u ngħata għal aktar kura.
Is-CPD tixtieq tirringrazzja lil Animal Welfare Malta għall-assistenza u l-appoġġ tagħhom matul din l-operazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport