Maeleigh li llum għandha 20 sena, meta kellha biss 15-il sena qalulha li kellha tumur f’moħħha. Qalet mill-ewwel li trid tiġġieled biex tgħid u l-ewwel ħaġa li għamlet semmiet lit-tumur “Ted”.
Iġġieldet, ħadet kull trattament li kien hemm bżonn u baqgħet tistudja.
Kull meta tiċċelebbra għeluq sninha, Maeleigh tiċċelebbra wkoll għeluq snin “Ted”… Illum tgħid li ilha ħames snin li ħelset mit-tumur.
Illum Maeleigh tgħix ħajja normali u tara futur sabiħ f’ħajjitha.

