Saturday, December 21, 2024

“Kelli ħafna maltemp dan l-aħħar… l-importanti li tkun taf tgħum”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskors qasir tiegħu fil-Parlament il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo tkellem dwar ommu Carmen Arrigo li kellha membri fil-familja li kienu fil-politika.

Fakkar li ommu bdiet taħdem bħala għalliema u kien hemm żmien li biex tgħin f’negozju tal-familja jsib saqajh kienet saħansitra tnaddaf il-kmamar ta’ lukanda li nbdiet fl-1968.

“Kienet iċċempilli kull darba li ħriġt għall-elezzjoni. Kienet iċċempilli kull kwarta biex tistaqsini kif mort. Iffissata kienet”, kompla Arrigo.

Huwa żied jgħid li kellu maltemp f’dawn l-aħħar xhur, iżda l-importanti li tkun taf tgħum. Żied jgħid li ngħidu x’ngħidu l-istate of the art ta’ xi sptar qiegħda fil-ħaddiema u rringrazzjahom għall-assistenza tagħhom f’kull mument.

Arrigo temm jirringrazzja lil dawk kollha li għaddewlhom il-kondoljanzi tagħhom lill-familja.

Ekonomija

Sport