Wednesday, December 25, 2024

“Kelli mmur inħabbat u ngħidilhom li kienu tilfu lil binhom”

Joseph Mangion b'appell ieħor kontra s-sewqan jekk hemm konsum tal-alkoħol

Aqra wkoll

“Għadni niftakar kelli mmur inħabbat dar u ngħidilhom li kienu tilfu lil binhom. Ma rrid nisma’ lil ħadd jgħid li t-tali miet għax kien hemm min abbuża mix-xorb u saq”. Iddikjara dan f’messaġġ lis-segwaċi tiegħu Joseph Mangion magħruf aħjar bħala l-Kapxi hekk kif bosta jinsabu għaddejjin bl-aħħar preparamenti għall-festini ta’ lejlet il-Milied.

Bħala eks uffiċjal tal-Pulizija, Mangion qal li llum differenti minn żmienu hekk kif illum hawn ħafna mezzi ta’ trasport u għalhekk hija aktar faċli biex tieħu pjaċir filwaqt li tevita l-periklu. 

Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li llejla u f’dawn il-bqija tal-ġranet ta’ festi se jkunu qegħdin joffru servizz, huwa sellem lil dawk li għaddejjin minn żminijiet diffiċli biex jittamaw li għada jaf tkun ġurnata aħjar mil-lum.

Ekonomija

Sport