Friday, May 3, 2024

Bambin qalb it-tifrik biex iqajjem kuxjenza f’Betlem

... Fl-Italja ‘ta’ Meloni’ jaljenaw mill-problemi bil-presepju

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għaddew 800 sena minn meta sar l-ewwel presepju fi Greccio. Presepju li jfakkar it-twelid ta’ Ġesu f’għar f’Betlem.  Għaddew is-snin u l-presepju komplejna nirfinawh.  Illum donnu sirna nintilfu wisq fuq id-dettalji –  fuq kemm se jkun sabiħ il-presepju, kemm se jkun mekkanizzat, kemm se jitlibbsu sbieħ il-pasturi, kemnm il-bini se jidher qrib ta’ dak iż-żmien li seħħ it-twelid. Imma fir-realtà xi jfisser il-presepju? X’inhu l-messaġġ li għandu jitwassal? Jista kun hemm tweġibiet varji bħal fatt li dik it-tarbija kibret u wasslet messaġġ mibni fuq il-paċi, is-solidarjetà u l-imħabba, jew li din il-ġrajja tfisser solidarjetà ma’ dawk li qegħdin ibatu, ma’ dawk oppressati, mal-vulnerabbli, mal-fqar, mal-immigranti u r-refuġjati. 

U waqt li ħafna meta jagħmu presepju jibqgħu fidili lejn l-ambjent li fih seħħet il-ġrajja, oħrajn jippruvaw iwasslu messaġġ fuq dak li nkunu għaddejjin minnu llum. Oħrajn imma jippruvaw ukoll jużaw il-ġrajja għal skopijiet ta’ moħħhom biex jaljenaw, jew agħar minn hekk jkomplu jżidu l-preġudizzji. 

F’Betlem, Fr Munther Isaac, ħoloq presepju sempliċi li ġab reazjoni mid-dinja kollha. Jagħmel bambin qalb it-tifrik.  Fi kliemu stess, “aktarx li kien hemm persuni li kienu sorpriżi bix-xena tan-natività li għamilna fil-knisja tagħna din is-sena.  Nirrealizza li kienet idea mhux tas-soltu imma emmnuni dan hu preċiżament it-tifsira tal-Milied din is-sena. Din is-sena l-imwiet, il-qerda, il-bini mwaqqa’ li qegħdin naraw f’artna  hu l-mod kif se nkunu qegħdin nilqgħu lil Ġesu Bambin. Kieku llum kellu jerġa’ jitwieled – f’din id-dinja tagħna, ma nafx kemm kien se jitwieled differenti? Il-Milied ifisser il-preżenza ta’ Ġesu Bambin ma’ dawk li qegħdin ibatu, mal-vulnerabbli. Il-Milied ifisser is-solidarjetà ta’ Alla ma’ dawk oppressati u ma’ dawk li qegħdin ibatu. Il-Milied hu raġġ ta’ dawl u tama  minn qalb it-tbatija u s-sofferenza. Il-Milied hu d-dawl tal-ħajja mill-qalb tat-tifrik u l-imwiet f’Gaża. Alla jinsab taħt it-tifrik. Issibu fis-swali tal-operazzjonijiet. Kieku Ġesu kellu jitwieled illum, hu kien jitwieled fit-tifrik. Nistedinkom taraw l-immaġini ta’ Ġesu tarbija  fit-tfal maqtulin f’Gaża jew f’dawk li qegħdin jinħarġu kollhom dmija mit-tifrik. Narawh f’dawk it-tfal kollha li qed jiġġieldu għal ħajjithom fl-isptarijiet imkissra, fit-tfal fl-inkubaturi. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied għal din is-sena tħassru imma l-Milied mhux se jitħassar, għax it-tama tagħna għadha ma spiċċatx. It-twelid ta’ Ġesù hu t-tama tagħna.”

Fr Munther Isaac, responsabbli mill-Knisja Luterana f’Betlem u li għamlet dan il-presepju iwassal messaġġ ċar ħafna. Dak ta’ kif nistgħu niċċelebraw il-Milied meta hemm gwerra ta’ ġenoċidju fuq artna?  Kif nistgħu niċċelebraw meta hemm tfal qed jinqatlu? Imma qegħdin ngħidu li tħassru iċ-ċelebrazzjonijiet u mhux il-Milied. Hemm differenza kbira bejn it-tnejn. 

Jenfasizza li “id-dehra ta’ Ġesu tarbija qalbi tifrik tal-ġebel qajmet reazzjoni.  Għadni sa issa  ma nafx għaliex dan il-presepju qajjem ħafna aktar attenzjoni minn dawk ir-ritratti attwali tat-tfal f’Gaża”.

Jipproponi li l-presepju jkun obbligatorju fl-iskejjel

Intant fl-Italja, il-Partit Fratelli d’Italia ta’ Giorgio Meloni, quddiem il-problemi li tinsab għaddejja minnhom l-Italja, qed jużaw il-presepju biex jaljenaw lill-poplu mill-problemi li qed jiffaċċja. Ippreżentaw liġi li fiha  għadu immaġinarju. Għadu imaġinarju kontra l-presepju.  Din il-liġi li ppreżentaw,  tipproponi li jiddaħħlu multi u sanzjonijiet kontra skejjel li b’xi mod jew ieħor iżommu milli jintramaw il-presepju fil-proprjetà tagħhom. Dan qed isir waqt li l-Gvern lemini Taljan immexxi minn Giorgia Meloni qiegħed iżomm milli jogħlew is-salarji, iżomm lura milli jsalva is-saħħa pubblika, iżomm lura milli jnaqqas îr-rati tpal-kirjiet, iżomm lura milli jwettaq investiment fit-trasport pubbliku u jżomm lura milli jintaffa aktar lis-sinjuri. Waqt li l-Gvern Taljan qed imixxi din il-politika, l-istess Gvern juri li l-prijorità tiegħu hi li ‘jiddefendi l-presepju”. Minn min se jiddefendieh imma ma jingħadx. 

L-għalliema fl-Italja permezz tar-rappreżentanti tagħhom ħarġu kontra din il-proposta, li tagħmel  obbligatorju li fl-iskejjel ikun hemm il-presepju. 

Tajjeb wieħed ifakkar li m’hemm ebda dubju li l-Fratelli d’Italia għandhom dak kollu li jagħmilhom partit tal-lemin estrem. Fid-dinja ta’ llum meta wieħed qed jgħid partit tal-lemin estrem mhux jifhem biss f’dawk il-partiti li ma jaċċettawx id-demokrazija, ultra nazzjonalisti, razzisti u omofobiċi.  Illum bit-termini partit tal-lemin estreem qegħdin nifhmu partiti li jħaddmu l-ideoloġija tal-lemin u li għandhom pożizzjonijiet radikali Fosthom dawn hemm  in-National Rally fi Franza, l-Alternativ fur Deutshcland fil-Ġermanja, id-Danish People Party fid-Danimarka u l-UKIP fir-Renju Unit. Il-lemin estrem jitpoġġa fi klassi għalih mill-partiti tal-lemin u dan għax dawn partiti tal-lemin estrem spiss issibhom jopponu is-sistemi tal-pajjiż u ostili għad-demokrazija liberali.

Illum il-partiti tal-lemin estrem jinqasmu f’żewġ kategoriji. Hemm dawk li ma jaċċettawx id-demokraziji jiġifieri is-sovranità popolari u li l-maġġoranza tiggverna u hemm dawk li jissejħu lemin radikali. Dawn jaċċettaw is-sistema imma jopponu elementi fundamentali tad-demokrazija liberali bħad-drittijiet ta’ minoranza, is-saltna tad-dritt u s-separazzjoni tal-poteri. 

Fl-ewwel kategoriji jidħlu n-Nażismu u l-Faxxismu tas-snin  tletin, waqt li fit-tieni kategoriji insibu  partiti bħal Vox fi Spanja, il-Lega tal-Italja, AfD tal-Ġermanja, CasaPound u Forza Nuova fl-Italja u l-Austrian Freedom Party.

Il-fatti huma li l-Fratelli d’Italia  hu dixxendenti ta’ dak li kien il-Moviment Sociale Italiano, li kien twaqqaf minn persuni li kienu jappoġġjaw lil Mussolini. Dan kien twaqqaf wara it-Tieni Gwerra Dinjija.  Jekk wieħed ikolli jifli ftit il-Fratelli d’Italia, isib li m’għandux għalfejn iħares ħafna fil-bogħod biex isib l-għeruq faxxisti tiegħi. Jekk nieħdu lil Georgia Meloni stess, naraw li din snin ilu kien faħħret lil Mussolini. Kien irreferiet għalih bħala ‘politiku tajjeb”. Kien qalet li “kien l-aħjar politiku fl-aħħar ħamsin sena”. Ħarsa lejn il-logo tal-Fratelli d’Italia isib li dan għandu is-simbolu tal-fjamma bil-kuluri tal-bandiera Taljana.  Din hi l-istess fjamma li kien juża il-Movimento Sociale Italiano. Jekk imbagħad naraw is-slogan tal-istess partit, li hu “Dio, Patria e Famiglia’, hu l-istess slogan tal-partit faxxista. Il-messaġġ u l-argumenti li qed jimbottaw ‘l quddiem il-Fratelli d’Italia, wieħed faċilment  isib l-influwenza tal-lemin estrem. Il-politika li qed jimbuttaw l-Fratelli d’Italia, wieħed faċilment jara li dawn qegħdin jimbuttaw l-quddiem l-etnokrazija,- li hi l-għan ta’ kull partit radikali. Din hi politika fejn ikun hemm struttura politika li kull istituzzjoni u apparat tal-Istat ikun kontrollat minn grupp wieħed etniku li jkun dominanti. Dan isir biex dan jaġevola l-interessi u l-poter ta’ dak il-grupp partikolari.

Sport