Wednesday, July 24, 2024

Tifla ta’ 12-il sena tittajjar minn vettura fir-Rabat

Aqra wkoll

Tifla ta’ 12-il sena kellha tittieħed l-Isptar wara li ttajret minn vettura fir-Rabat Malta.

Kien għall-ħabta tas-7.15am meta l-Pulizija ġew informati li fi Vjal il-Ħaddiem kienet għadha kemm ittajret tifla.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li t-tifla ttajret minn vettura Daihatsu Mira li kienet misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti r-Rabat stess.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lit-tifla ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Bħalissa t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

Il-kundizzjoni tat-tifla s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport