“Il-ftit li stajt inferrhek ferrahtek Jake Vella. Ma nistax nieqaf naħseb fiż- żmien li għaddejna flimkien. Ippruvajt narak ferħan u tagħmel dak li jien nieħu gost bih. Lanqas biss għandi kliem biex nirringrazjak. Kemm għallimtni! Wgħedtek li kif jgħaddi kollox nerġa’ niġi inżurek ħalli inkomplu indoqqu. Imma ma rnexxilix. Ma nistax niqaf naħseb u dak il messaġġi ta bejnietna… F’isem il-mużiċisti insellmulek sabiħ. Għalija kont sirt qisek hija iż-żgħir. Din it-telfa se tgħallimni inkun aktar b’saħħti. L-akbar weġgħa li għandi li d-diska li kelli ngħallmek kellna nippostponuwa. Iżda issa żgur mjux se tibqa’ muġugħ. Inħobbok sabiħ immens”.
Dan il-kumment għamlu il-mużiċist James Sacco, li kien imur ħdejn Jake biex iferrħu.