Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar Aaron Farrugia aktar kmieni ppubblika kliem dispreġġjativ li rċieva mingħand persuna permezz ta’ messaġġ privat.
Filwaqt li ppubblika screenshot tal-messaġġ u ieħor tal-profil tal-persuna li kitbet tuża kliem oxxen fil-konfront tiegħu bħala Ministru, Farrugia għażel li jħalli f’idejn il-poplu biex jiġġudika tant li ma kiteb l-ebda reazzjoni għal dan.
Il-messaġġ kien jgħid “**** kemm għandek u l-familja tiegħek… nispera meta it-tfal tiegħek jistaqsuk biex jaraw siġra jew ftit ambjent ikollok risposta ta’ “jien qa*** u dak l-ambjent bigħejtu”.
https://www.facebook.com/farrugiaaaron/posts/10157581339143963