Saturday, December 21, 2024

“Kemm jien kburi b’dan il-mument”

Aqra wkoll

Il-PM jgħid li ħadd ma basar li se jkun hemm dan il-qbil

“Il-ġudikatura kien qasam li kien qed jifridna u llum dan qed jgħaqqadna. Dan hu jum storiku li qed jibgħat messaġġ b’saħħtu lill-pajjiż. Ħadd  ma basar li se naqblu bejn Gvern u Oppożizzjoni fuq il-ħatra ta’ Prim Imħallef.  Qbilna ukoll fuq il-ħatra tal-ġudikatura”. Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament hemm kif sar diskussjoni fuq mozzjoni li permezz tagħha Dr Mark Chetcuti se jkunn il-Prim Imħallef il-ġdid.

Il-Prim Ministru Robert Abela, iddikjara li “jien ridt li naslu għal kunsens f’din il-kariga. Kariga kruċjali, u waħda mit-tliet pilastri tad-demokrazija fil-pajjiż. Stajt  mort għal artiklu 96 tal-Kostituzzjoni biex l-Eżekuttiv jagħżel hu min se jkun f’din il-kariga.  Emmint li f’dan il-mument li ninsabu fih u għax konvint li hekk iridu jsiru l-affarijiet, ridt li nidentifikaw il-kriterji u wara niddiskutu mal-Oppożizzjoni. Il-qbil wasal. Qbilna li min jokkupa din il-kariga ikun onest, serju ta’ dixxiplina u jkollu l-prinċipju tal-umiltà. Qbilna li dan hu bniedem li jista’ jmexxi is-sistema ġudizzjarja. Wasalna u qbilna ukoll dwar il-metodu ta’ ħatra tal-ġudikatura”.

Ekonomija

Sport